Waqt li nara x-xemx tielgħa minn ġol-wied Inħares lejn is-sema, il-ħmura fis-skiet Inħoss ġibda toħodni, dawn l-ilwien Min qed isejjaħli, xhur u jiem Noħroġ minn qoxorti, dan l-inkwiet Melodija ssabbarni pass ’il quddiem Nar jisreġ f’għajnejja, għax issa flimkien Kontra din in-natura, iljuni fis-silġ. Rajna s-sema jibdel il-kulur Minn iswed faħam għal ikħal blu, Kuluri ta’ borra li qed jieħdu n-nar Xejn ma jibqa’ jidher għax jaqa’ ċ-ċpar. Dort ħarist madwari u staħbejt Ħajtek kollha ssibha taħt riġlejk Iżda nħoss li jdejna ntrabtu flimkien Kontra din in-natura, iljuni fis-silġ. Iljuni fis-silġ. Iljuni.